Milkshake: Press release (Maltese version)

Il-ġisem u l-Maltin huma fil-qalba tal-proġett MILKSHAKE. Dan il-proġett multi-dixxiplinari jikkonsisti f’erba’ partijiet prinċipali li l-iskop tagħhom hu li j]arsu mill-ġdid lejn il-ġisem, kif nuruh u kif xi drabi naħbuħ.

Dan il-proġett se jħares ukoll lejn relazzjonijiet konvenzjonali u oħrajn u kif dawn l-individwi jew koppji jinteraġixxu f’soċjeta’ li għadha meqjusa magħluqa u tradizzjonalment Kristjana.

MILKSHAKE huwa maħsub biex jipprovdi ħarsa gdida lejn ir-relazzjonijiet bejn is-sessi f’Malta. Sabiex jintlaħaq dan l-iskop numru ta’ artisti, fotografi, kittieba u performers ġew ingaġġati biex iħarsu lejn il-ġeneri sesswali fil-kuntest Malti u jeżaminaw l-idea ta x’inhu maskil u femminil.

L-artisti kollha ser jaħdmu direttament ma’ membri mill-publiku u jibdlu l-ispazji ġewwa l’Kavallier ta’ San Ġakbu f’esperjenza interattiva multi-dixxiplinari.

“Dan il-progett jiċċelebra id-diversita lokali. Hija ċelebrazzjoni tad-differenza bejni u bejn il-bqija tan-nies u kif il-Maltin jahsbuha dwar dan is-sens ta’ individwalita’,” zied jgħid Gilbert Calleja li ngħaqad mal-Malta Gay Rights Movement,”sabiex isieheb l-artisti, l-akkademiċi u professjonisti f’kollaborazzjoni li twassal ghal produzzjoni artistika innovattiva filwaqt li tipprovoka riflessjoni fuq is-suggett … Aħna konxji li preġudizzji kontra nies leżbjani, gay, bisesswali jew trans għadom jezistu u diffikultajiet għadom jiġu ffaċċjati kuljum imma nħossuna posittivi li MILKSHAKE – grazzi għall-involviment u x-xogħol ta’ dawk kollha nvoluti – ser jgħin biex jinbidlu l-perċezzjonijiet u jinfetħu l-imħuħ.”

“MILKSHAKE huwa opportunita sabiex jintefa’ dawl ġdid dwar l-esperjenzi ta’ kuljum tal-individwi minn generi u sessi differenti f’Malta – esperjenzi, espressjonijiet u stili ta’ ħajja li mhux neċessarjament huma popolari jew magħrufa.  Dan il-progett ser iwassal għal għarfien aktar sħiħ ta’ kif l-individwi li jappartjenu għal ġeneri u sessi differenti jinteraġixxu flimkien fis-soċjeta Maltija,” kompliet tgħid Ruth Baldacchino, membru tal-ezekuttiv tal-MGRM u visiting lecturer f’Queer Studies fl-Universita ta’ Malta.

Numru ta’ artisti zagħzagħ u oħrajn aktar maturi ser jikkollaboraw fuq attivitajiet mifruxa fuq medda ta’ sena li ser jinvolvu numru ta’ dixxiplini u mezzi artistici kemm tradizzjonali u ohrajn inqas konvenzjonali.

MILKSHAKE ma kienx jkun possibli mingħajr is-support tal-Malta Arts Fund. L-attivitajiet principali ser jsiru fil Kavallier ta San Gakbu (www.sjcav.org).

Ghal altar informazzjoni ikkuntatjawna direttament fuq milkshaketheproject@gmail.com; jew inghaqdu fil-blog tagħna https://milkshaketheproject.wordpress.com. Tistgħu issibuna wkoll fuq  Facebook: http://www.facebook.com/groups/196144863828299/203937783049007/?notif_t=like

Advertisements